Meta d-diviżjonijiet u l-egoiżmu jidher li qed ipoġġi l-għaqda Ewropea f’periklu, irridu niftakru li aħna l-Ewropej x’kapaċi nagħmlu meta naħdmu flimkien.

Fil-familja tiegħi, fil-villaġġ tiegħi, fil-banda lokali u llum fil-Parlament, jien dejjem ħassejt li meta nkunu waħidna, anke l-aktar wieħed b’saħħtu jkun dgħajjef. Hu biss jekk ningħaqdu flimkien li nkunu nistgħu nagħmlu affarijiet kbar!

Għandna għażla x’nagħmlu. Se nħallu lil dawk li qed jippruvaw jifirduna biex jirnexxielhom? Jew se nqumu għall-okkażjoni, bħala komunità? Meta nitkellem man-nies madwar il-kontinent, jien insib tweġiba ċara: l-Ewropej iħossu jifhmu l-bżonn li ningħaqdu flimkien.

L-Ewropej lesti li jħaddnu s-Saħħa ta’ Aħna: jekk ngħaqdu l-potenzjal sħiħ Ewropew, ma jirbħilna ħadd. Iva, li ningħaqdu flimkien, fil-bidu, tista’ tkun aktar ikkomplikata milli nirtiraw lura fl-egoiżmu. Imma r-riżultat hu ferm aħjar: għaqda tal-qawwa tagħna, mhux firda tas-saħħa li għandna.

  • Is-Saħħa ta’ Aħna hi b’saħħitha: meta ngħaqdu l-forzi jkollna post b’saħħtu u sigur fid-dinja kontra l-għedewwa u l-kompetituri.
  • Is-Saħħa ta’ Aħna hi intelliġenti: diġà għandna kollox biex nwettqu l-għanijiet ambizzjużi li għandna – għandna biss bżonn li ngħaqdu l-ideat, l-enerġija u r-riżorsi.
  • Is-Saħħa ta’ Aħna tieħu ħsieb: għax meta kulħadd jinvolvi ruħu, ħadd ma jitħalla lura.

Ejja nwettqu dak li l-Ewropej jittamaw u jixtiequ. Ejja ngħaqdu l-qawwa li għandna. Ejja nirnexxu flimkien fejn kull pajjiż, waħdu, ma jfallix.

Ejja nkunu flimkien fl-Ewropea u nħaddnu s-Saħħa ta’ Aħna.

the-power-of-we-play