EWROPA B’SAĦĦITHA

10,000 Gwardji tal-Fruntieri Ewropej sal-2022

"Nipproteġu l-fruntieri u nwaqqfu l-immigrazzjoni illegali b’10,000 uffiċjal tal-Frontex ġdid sal-2022." ĦARSA AKTAR
Nipproteġu l-fruntieri esterni tal-Ewropa. Sal-2022, se nsaħħu il-Gwardja tal-Kosta u l-Fruntieri Ewropej b’mill-inqas 10,000 uffiċjal ġdid u l-aħħar teknoloġija fosthom drones, kif ukoll id-dritt li jsiru interventi mal-fruntieri esterni komuni. Flimkien biss nistgħu nwaqqfu b’mod konkret il-kuntrabandu u t-traffikar tal-bnedmin, niġġieldu l-immigrazzjoni llegali u ngħinu lin-nies fil-bżonn.

FBI Ewropew li jiġġieled it-terroriżmu u l-kriminalità organizzata

"Noħolqu FBI Ewropew biex niġġieldu t-terroriżmu u l-kriminalità organizzata." ĦARSA AKTAR
Noħolqu FBI Ewropew billi nirduppjaw id-daqs ta’ Frontex, biex timijiet ta’ investigazzjonijiet jgħaqqdu l-informazzjoni fuq min jikser il-liġi u persuni radikalizzati. B’hekk, inkunu nistgħu ngħinu lill-forzi tal-pulizija nazzjonali biex jaqbdu lit-terroristi qabel ma jwettqu l-ewwel attakk fuq in-nies, u nsaħħu l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata. ĦARSA AKTAR

Inwaqqfu n-negozjati dwar sħubija mat-Turkija

"Inwaqqfu n-negozjati dwar sħubija mat-Turkija." ĦARSA AKTAR
Se nwaqqfu n-negozjati dwar adeżjoni mat-Turkija. L-Ewropa u t-Turkija għandhom jiffokaw fuq ftehim u koperazzjoni fuq temi konkreti - eżempji huma l-koperazzjoni ekonomika mill-viċin u l-qbil bejn l-UE u t-Turkija dwar ir-refuġjati - imma t-Turkija qed titbiegħed mill-valuri Ewropej. Għalhekk, is-sħubija fl-UE, m’għadhiex għażla għat-Turkija, u n-negozjati għandhom jieqfu.

Mekkaniżmu ġdid dwar is-saltna tad-dritt

"Niddefendu d-demokrazija, l-indipendenza fil-ġudikatura u l-libertà tal-ġurnalisti fl-Ewropa billi nistabbilixxu mekkaniżmu ġdid dwar is-saltna tad-dritt." ĦARSA AKTAR
M’aħna se nħallu lil ħadd jimmina l-prinċipji demokratiċi fundamentali. Bit-twaqqif ta’ mekkaniżmu ġdida dwar is-saltna tad-dritt, se nkunu qed nieħdu passi konkreti bi strument effettiv biex nipproteġu s-saltna tad-dritt. L-indipendenza tal-ġudikatura, il-libertà tal-ġurnalisti, u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni jistgħu jkunu salvati biss b’organu trasparenti u indipendenti li jkun protett mill-pressjoni politika u li jkun qed jkun qed jivvaluta l-Istati Membri kollha.

EWROPA INTELLIĠENTI

Pjan Ġenerali Ewropew kontra l-Kanċer

"Inniedu Pjan Ġenerali Ewropew biex insaħħu l-forzi tagħna fil-ġlieda kontra l-kanċer." Niżżel ĦARSA AKTAR
Aktar minn 40% tal-Ewropej se jimirdu bil-kanċer f’ħajjithom. Jekk ngħaqdu flimkien it-talenti, l-għarfien u r-riżorsi tagħna, nistgħu niġġieldu kontra l-kanċer, u nniedu Pjan Ġenerali Ewropew kontra din il-marda qerrieda. Irridu nindirizzaw dak li hu l-aktar importanti għaċ-ċittadini tagħna, x’jagħmel differenza f’ħajjithom. Jekk ningħaqdu flimkien, nistgħu nsalvaw eluf ta’ Ewropej. ĦARSA AKTAR

Djar ‘smart’ għall-anzjani

"Nassiguraw li l-anzjani jkunu jistgħu jibqgħu jgħixu fi djarhom." ĦARSA AKTAR
Meta jikbru, ħafna nies fl-Ewropa qed ikollhom iħallu djarhom u jmorru fi djar tal-anzjani. Jekk ngħaqqdu l-isforzi kollha tagħna, nistgħu niżviluppaw djar ‘smart’ fejn anzjani jkunu jistgħu jkomplu jgħixu fi djarhom b’mod indipendenti u viċin tal-familji tagħhom.

5 miljun impjieg għaż-żgħażagħ

"Noħolqu Ewropa fejn ħadd ma jkun sfurzat li jitlaq minn daru ħabba raġunijiet ekonomiċi." ĦARSA AKTAR
L-għan tagħna hu li fis-snin li ġejjin, noħolqu 5 miljun impjieg ġdid fl-UE. Kull Ewropew jixraqlu li jingħata ċ-ċans, speċjalment iż-żgħażagħ. Irridu noħolqu impjiegi b’investiment fil-potenzjal Ewropew permezz ta’ strateġija bażata fuq erba’ pilastri: kummerċ, infrastruttura, innovazzjoni u l-ekonomija tas-suq soċjali. ĦARSA AKTAR

Inneħħu 1,000 regolament antik

"Nerġgħu nagħtu l-Ewropa lin-nies billi nneħħu 1,000 liġi antika u nnaqqsu n-numru ta’ uffiċjali għall-kompiti tal-Unjoni Ewropea." ĦARSA AKTAR
Biex innaqqsu l-piż tal-burokrazija fl-Ewropea, se nneħħu liġijiet antiki u bla bżonn, u kull fejn hemm bżonn, innaqqsu n-numru ta’ funzjonarji fl-istituzzjonijiet tal-UE għal dak li għandu jsir mill-UE. Nagħmlu s-sistema aktar effiċjenti biex nassiguraw li tkun aktar aċċessibbli u faċli għaċ-ċittadini.

EWROPA B’QALB TAJBA

Fond ta’ Tranżazzjoni Diġitali għall-ħaddiema tal-fabbriki

"Noħolqu Fond ta’ Tranżazzjoni Diġitali għall-ħaddiema affettwati li jkun parzjalment finanzjat mit-Taxxa Diġitali Ġusta, biex nassiguraw li anke l-ġganti tal-Internet jikkontribwixxu fis-soċjetà." ĦARSA AKTAR
Bit-twaqqif tal-Fond ta’ Tranżazzjoni Diġitali, se nkunu qed nagħtu appoġġ lill-ħaddiema billi nassiguraw li ħadd ma jibqa’ lura meta fis-suq tax-xogħol ikun hemm tfixkil diġitali. Is-swieq huma kruċjali, imma rridu wkoll nemmnu fir-responsabbiltà soċjali tal-kumpaniji. Bl-introduzzjoni tat-Taxxa Diġitali Ġusta, biex tiffinanzja b’mod parzjali dan il-fond, se nassiguraw li l-ġganti tal-internet ta’ din id-dinja, li qed igawdu mis-suq, jħallsu s-sehem tagħhom u jagħtu kontribut lis-soċjetà.

Self għall-bini tad-djar għall-familji żgħażagħ

"Se nintroduċu self għall-bini tad-djar biex ngħinu familji żgħażagħ jibnu djarhom." ĦARSA AKTAR
Ħafna nies fl-Ewropa jbatu biex ilaħħqu mal-kirjiet għoljin. Bl-introduzzjoni ta’ self għall-bini tad-djar li jkun finanzjat mill-Bank Ewropew tal-Investiment, se nassiguraw li familji żgħażagħ ma jkollhomx jgħixu aktar fil-kmamar ta’ tfulithom fl-appartamenti tal-ġenituri tagħhom, u jkunu jistgħu jkunu sidien ta’ djarhom.”

Projbizzjoni dinjija dwar ix-xogħol tat-tfal

"Ninfurzaw projbizzjoni dinjija dwar ix-xogħol tat-tfal." ĦARSA AKTAR
Irridu nippreservaw il-valuri tagħna u nagħmlu l-UE mudell għad-dinja: jekk mhux l-Ewropa, min aktar jista’ jipproteġi d-drittijiet tat-tfal fid-dinja. Nassiguraw li l-ftehim ta’ kummerċ li għandna jinkludu projbizzjoni fuq klawsoli ta’ xogħol mit-tfal, u ninforzawha. Ħadd m’għandu jitħalla jisfrutta l-innoċenza tat-tfal biex jagħmel il-profitti.

Ġlieda ambizzjuża dwar il-bidla fil-klima u l-projbizzjoni globali dwar plastik li jintuża darba biss

"Napplikaw b’mod sħiħ il-ftehim dinji dwar il-klima u niġġieldu għal trattat dinji li nipprojbixxu l-plastik li jintuża darba biss, biex nipprevjenu l-pjaneta milli ssir l-akbar miżbla fl-univers." ĦARSA AKTAR
Il-bidla fil-klima thedded l-eżistenza tal-bniedem u l-futur ta’ uliedna. Hu għalhekk li nibqgħu nonoraw l-ftehim ta’ Pariġi u Katowice, u nkomplu nibnu din l-ambizzjoni. B’investiment fl-iżvilupp ta’ ajruplani bi ftit emissjonijiet, nistgħu nwettqu rivoluzzjoni fit-trasport tal-ajru u nkunu mexxejja tat-teknoloġija ambjentali. Ma nħallux il-pjaneta ssir l-akbar miżbla fl-univers: bħala pijunieri ta’ teknoloġiji nodfa, ninsistu għal Trattat Globali li jipprojbixxi l-plastik li jintuża darba biss.